Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fil-15 ta’ Frar 2022 – Xella Magyarország Építőanyagipari Kft. vs Innovációs és Technológiai Miniszter
(Kawża C-106/22)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Xella Magyarország Építőanyagipari Kft.
Parti oħra fil-proċedura: Innovációs és Technológiai Miniszter
Domandi preliminari
Fid-dawl tal-premessi 4 u 6 tar-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni 1 , u tad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 4(2) TUE, l-Artikolu 65(1)(b) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi l-possibbiltà li tiġi stabbilita regola bħal dik fl-Artikolu 85 tal-a veszélyhelyzet megszűnésével összefüggő átmeneti szabályokról és a járványügyi készültségről szóló 2020. Évi LVIII. törvény (il-Liġi LVIII tal-2020, dwar ir-regoli tranżitorji relatati mat-tmiem tal-istat ta’ emerġenza u dwar il-kriżi epidemjoloġika), u b’mod partikolari bħal dik fl-Artikolu 276(1) u (2)(a) u l-Artikolu 283(1)(b) tagħha?
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda preliminari, is-sempliċi fatt li l-Kummissjoni bdiet proċedura ta’ kontroll ta’ konċentrazzjonijiet, eżerċitat il-kompetenzi tagħha u awtorizzat konċentrazzjoni li tikkonċerna katina ta’ proprjetà ta’ investitur barrani indirett, jipprekludi l-eżerċizzju tas-setgħa deċiżjonali abbażi tad-dritt tal-Istat Membru applikabbli?
____________
1 ĠU 2019, L 79I, p. 1.