Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2013 – Just Music Fernsehbetriebs vs UASI – France Télécom (Jukebox)

(Kawża T-589/10) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Revoka tat-trade mark Komunitarja preċedenti – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Just Music Fernsehbetriebs GmbH (Landshut, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Kaus, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra għall-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: France Télécom (Pariġi, Franza) (rappreżentant: C. Bertheux Scotte, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Ottubru 2010 (Każ R 1408/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn France Télécom u Just Music Fernsehbetriebs GmbH.DispożittivMa hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.Just Music Fernsehbetriebs GmbH u France Télécom huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).