Language of document : ECLI:EU:T:2012:688





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2012 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑588/10)

“FAEGG — Taqsima ‘Garanzija’ — Infiq eskluż mill-finanzjament — Raba’ li jinħadem — Żbib — Tabakk mhux ipproċessat — Miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli favur il-gżejjer minuri tal-Baħar Eġew — Laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż — Kundizzjonalità — Proporzjonalità”

1.                     Agrikoltura — FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja — Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat — Oneru tal-prova — Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru (Regolament tal-Kunsill Nru 1258/1999) (ara l-punti 72-75, 175, 262, 267, 328, 332, 333, 341-344, 398, 410, 415, 441, 459, 465, 467, 511-515, 577-581, 585, 602, 611-613, 619)

2.                     Agrikoltura — FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Linji gwida interni dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji — Għanijiet — Stħarriġ ġudizzjarju (Regolament tal-Kunsill Nru 729/70, kif ġie emendat bir-Regolamenti Nru 1287/95, Artikolu 5(2)(ċ), Nru 1258/1999, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7, u Nru 1290/2005, Artikolu 31(1))(ara l-punti 96-98, 283)

3.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Proporzjonalità — Portata — Deċiżjoni dwar il-clearance tal-kontijiet skont l-infiq iffinanzjat mill-FAEGG — Ksur — Assenza (ara l-punti 105, 203-207)

4.                     Agrikoltura — FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja — Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa deċiża mill-Kummissjoni skont il-linji gwida interni adottati f’dan il-qasam — Ammissibbiltà (ara l-punti 106-112)

5.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni dwar il-clearance tal-kontijiet skont l-infiq iffinanzjat mill-FAEGG (Artikolu 296 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2)(ċ)) (ara l-punti 120, 516-519)

6.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEGG — Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums — Obbligu tal-Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ kontrolli — Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Ġustifikazzjoni bbażata fuq diffikultajiet prattiċi — Inammissibbiltà (ara l-punti 122-124)

7.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Regolamenti — Regolament li jippreskrivi miżuri speċifiċi ta’ stħarriġ — Assenza ta’ setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni — Ġustifikazzjoni — Effikaċja aħjar ta’ sistema oħra ta’ stħarriġ — Inammissibbiltà (ara l-punt 126)

8.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Kundizzjonijiet — Assigurazzjonijiet preċiżi pprovduti mill-amministrazzjoni — Deċiżjoni dwar il-clearance tal-kontijiet skont l-infiq iffinanzjat mill-FAEGG — Ksur — Assenza (ara l-punti 130-136, 246, 247)

9.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEGG — Prinċipji — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja — Dritt tal-Kummissjoni li teskludi mill-ħlas lill-FAEGG l-ammonti sħaħ imħallsa fil-każ ta’ nuqqas ta’ verifika tal-kundizzjonijiet dwar il-ħlas tagħhom previsti taħt il-leġiżlazzjoni rilevanti (Regolament tal-Kunsill Nru 1290/2005, Artikolu 31(1) u (2) (ara l-punti 181-183, 280)

10.                     Eċċezzjoni ta’ illegalità — Natura inċidentali — Kontestazzjoni tal-legalità ta’ regolament minn Stat Membru li ma ppreżentax rikors għal annullament kontra l-imsemmi regolament fit-terminu mogħti għal dan il-għan — Ammissibbiltà (il-ħames paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u 277 TFUE) (ara l-punti 188)

11.                     Kummissjoni — Kompetenzi — Kompetenza ta’ eżekuzzjoni mogħtija mill-Kunsill — Interpretazzjoni wiesgħa — Delegazzjoni tal-kompetenza ta’ eżekuzzjoni lill-Kummissjoni dwar materja agrikola li tinvolvi setgħa diskrezzjoni wiesgħa tagħha — Limiti tal-imsemmi setgħa ta’ evalwazzjoni (Artikolu 211 KE) (ara l-punti 190, 191)

12.                     Proċedura ġudizzjarja — Obbligu tal-qorti li tosserva l-kuntest tat-tilwima kif iddefinit mill-partijiet — Obbligu tal-qorti li tiddeċiedi biss fuq l-argumenti mressqa mill-partijiet — Assenza (ara l-punti 211-214)

13.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Forza maġġuri — Kunċett — Deċiżjoni dwar il-clearance tal-kontijiet skont l-infiq iffinanzjat mill-FAEGG — Ineżistenza ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw il-konstatazzjoni ta’ każ ta’ forza maġġuri (ara l-punti 218-226)

14.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEGG — Prinċipji — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja — Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Kummissjoni — Assenza (ara l-punti 294-297)

15.                     Rikors għal annullament — Sentenza ta’ annullament — Effetti — Obbligu li jiġu adottati miżuri ta’ eżekuzzjoni — Portata — Teħid inkunsiderazzjoni kemm tal-motivazzjoni kif ukoll tad-dispożittiv tas-sentenza — Obbligu limitat għal dak strettament meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-eżekuzzjoni tas-sentenza li tannulla — Adozzjoni ta’ att ġdid bis-saħħa ta’ atti preparatorji preċedenti validi — Ammissibbiltà — Deċiżjoni dwar il-clearance tal-kontijiet skont l-infiq iffinanzjat mill-FAEGG — Impożizzjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja simili għal dak impost minn deċiżjoni minn qabel annullata b’sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja — Konformità mas-sentenza li tannulla (Artikolu 266(1) TFUE) (ara l-punti 476-482, 486-488)

16.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Osservanza ta’ terminu raġonevoli — Portata — Deċiżjoni dwar il-clearance tal-kontijiet skont l-infiq iffinanzjat mill-FAEGG — Ksur — Assenza (ara l-punti 489-495)

17.                     Rikors għal annullament — Sentenza ta’ annullament — Effetti — Adozzjoni ta’ miżuri ta’ eżekuzzjoni — Terminu raġonevoli — Kriterji ta’ evalwazzjoni (ara l-punti 496-499)

18.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEGG — Proċedura ta’ clearance tal-kontijiet — Obbligi tal-Kummissjoni — Osservanza ta’ terminu raġonevoli — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Ksur — Konsegwenzi — Nuqqas li jintwera ksur tad-drittijiet tad-difiża — Assenza ta’ effett tan-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu raġonevoli fuq il-validità tal-proċedura (ara l-punti 500-503, 527-531)

19.                     Agrikoltura — FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja — Estrapolazzjoni ta’ konstatazzjonijiet ta’ nuqqasijiet fis-sistema ta’ kontroll ta’ Stat Membru minn reġjun għal reġjuni oħra — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet (ara l-punti 520-523)

20.                     Agrikoltura — FAEGG — Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums — Obbligu tal-Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post — Portata — Sistema ta’ kontroll dwar l-għoti ta’ primjums ta’ annimali fl-oqsma tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż — Assenza ta’ żamma xierqa ta’ reġistri — Nuqqas strutturali li ma jistax jiġi kkumpensat permezz ta’ rata għolja ta’ spezzjonijiet fuq il-post (ara l-punti 561, 562, 614-617)

21.                     Agrikoltura — FAEGG — Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums — Obbligu tal-Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post — Portata — Sistema ta’ kontroll dwar l-għoti ta’ primjums ta’ annimali fl-oqsma tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż — Assenza ta’ żamma xierqa ta’ reġistri — Nuqqas strutturali li ma jistax jiġi kkumpensat permezz ta’ rata għolja ta’ spezzjonijiet fuq il-post — Obbligu li jsir in-numru minimu ta’ kontrolli fuq il-post previst mill-leġiżlazzjoni tal-Unjoni matul il-perijodu ta’ żamma (Regolament tal-Kummissjoni Nru 2419/2001, Artikoli 15 u 24(2); Direttiva tal-Kunsill 92/102, Artikolu 4) (ara l-punti 572-576)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/668/UE, tal-4 ta’ Novembru 2010, li teskludi minn finanzjament mill-Unjoni Ewropea ċertu nfiq mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), taqsima “Garanzija”, tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għal Żvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 228, p. 24), inkwantu din id-deċiżjoni teskludi ċerti spejjeż magħmula mir-Repubblika Ellenika.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.