Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Diċembru 2010 - Just Music Fernsehbetrieb vs UASI - France Télécom (Jukebox)

(Kawża T-589/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Just Music Fernsehbetrieb GmbH (Landshut, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Kaus, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : France Télécom SA (Pariġi, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-14 ta' Ottubru 2010 fil-Każ R 1408/2009-1;

tordna lill-konvenut jiċħad id-deċiżjoni ta' oppożizzjoni tat-30 ta' Settembru 2010 fil-Każ B 1304494 u jilqa' r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni Nru 6163778 fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż

tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni; u

Sussidjarjament, tissospendi l-proċeduri quddiemha sakemm tittieħed deċiżjoni finali dwar ir-rikors għal revoka ppreżentat mir-rikorrenti fil-21 ta' Diċembru 2010 fl-UASI kontra t-trade mark Komunitarja preċedenti Nru 3693108.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "Jukebox", għal servizzi fil-klassijiet 38 u 41 - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 6163778

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3693108 tat-trade mark figurattiva "JUKE BOX", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 38, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ir-rikorrenti tikkunsidra li d-deċiżjoni kkontestata tikser: (i) l-Artikoli 15 u 42(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress li ma ġiet ipprovduta l-ebda prova ta' użu ġenwin tat-trade mark iċċitata fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni - Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3693108 "JUKE BOX", (ii) l-Artikoli 8(1)(b), 9 u 65(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta evalwa x-xebh tat-trade mark ikkontestata, u (iii) l-Artikolu 78 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jeżerċita s-setgħat investigattivi tiegħu u naqas milli jeżerċita l-kompetenza kollha tiegħu.

____________