Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fil-11 ta’ Marzu 2022 – TR, UQ vs FTI Touristik GmbH

(Kawża C-193/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TR, UQ

Konvenut: FTI Touristik GmbH

Domandi preliminari

L-Artikolu 12(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE 1 , għandu jiġi interpretat

fis-sens li, sabiex tiġi evalwata l-ġustifikazzjoni tax-xoljiment tal-kuntratt, huma rilevanti biss iċ-ċirkustanzi inevitabbli u straordinarji li jkunu diġà seħħew fil-mument tax-xoljiment,

jew fis-sens li huwa wkoll neċessarju li jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi straordinarji li effettivament iseħħu wara x-xoljiment iżda qabel id-data prevista għall-bidu tal-vjaġġ (l-aħħar data possibbli għax-xoljiment)?

Jekk tingħata risposta fl-affermattiv għall-ittra (a):

(aa)    L-Artikolu 12(2) tad-Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ tilwima legali dwar il-ġustifikazzjoni għax-xoljiment, il-vjaġġatur jista’ jinvoka tali ċirkustanzi inevitabbli u straordinarji bħal dawk li kienu diġà seħħew fil-mument tax-xoljiment iżda li kellu għarfien tagħhom iktar tard?

L-Artikolu 12(2) tad-Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li l-vjaġġatur ma jkunx jista’ jxolji l-kuntratt mingħajr spejjeż jekk, fid-data tar-reżervazzjoni, iċ-ċirkustanzi li huwa jinvoka kienu jeżistu diġà u kellu għarfien tagħhom?

____________

1     ĠU 2015, L 326, p. 1.