Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-16 taʼ Mejju 2013 – de Pretis Cagnodo u Trampuz de Pretis Cagnodo vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-104/10) 1

(Servizz pubbliku – Sigurtà soċjali – Marda gravi – Kunċett – Viżta fl-isptar – Teħid ta’ responsabbiltà – Ħlas dirett mill-Uffiċċju responsabbli għall-ħlasijiet – Assenza ta’ limiti massimi fid-Dispożizzjonijiet Ġenerali tal-Implementazzjoni (DĠI) għall-ispejjeż ta’ akkomodazzjoni – Obbligu li l-affiljat jiġi informat minn qabel fil-każ ta’ fatturazzjoni eċċessiva)

Lingwa tal-kawża:it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Mario Alberto de Pretis Cagnodo u Serena Trampuz de Pretis Cagnodo (Trieste, l-Italja) (rappreżentant: C. Falagiani, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti, A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament taʼ deċiżjoni li tirrifjuta r-rimbors taʼ 100 % tal-ispejjeż marbuta mal-viżta fl-isptar taʼ mart ir-rikorrent

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Uffiċċju responsabbli għall-ħlasijiet ta’ Ispra (l-Italja), kif tirriżulta mill-karta li tindika l-ħlas Nru 10, tal-1 ta’ Ottubru 2009, li M.A. de Pretis Cagnodo jinżamm responsabbli għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 28 800 għall-i spejjeż ta’ akkomodazzjoni ta’ S. Trampuz de Pretis Cagnodo, meqjusa bħala eċċessivi, hija annullata.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż kollha sostnuti minn M.A. de Pretis Cagnodo u S. Trampuz de Pretis Cagnodo.