Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta' Marzu 2010 - KEK Diavlos vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-190/07) 1

"Għajnuna finanzjarja mogħtija fil-kuntest tal-programm ta' informazzjoni taċ-ċittadin Ewropew (Prince) - Proġett li jikkonċerna t-tħejjija għall-introduzzjoni tal-Euro fl-iskejjel - Deċiżjoni li tordna r-rimbors tal-ħlas mogħti bil-quddiem - Obbligu ta' motivazzjoni - Żball ta' evalwazzjoni"

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: KEK Diavlos (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: D. Chatzimichalis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Condou-Durande u S. Petrova, aġenti, assistiti minn E. Politis, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 465 finali, tat-23 ta' Frar 2006, li tordna r-rimbors tal-ammont tal-ħlas bil-quddiem, miżjud bl-interessi moratorji, mogħti taħt il-kuntratt ta' għajnuna finanzjarja konkluż fil-kuntest tal-programm Prince, għal proġett intitolat "The EURO - Its genuine and essential impact on schoolchildren" (Eurogenesis), li jikkonċerna t-tħejjija għall-introduzzjoni tal-Euro fl-iskejjel.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

KEK Diavlos hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 211, 08.09.2007