Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Novembru 2015 – ZZ vs Il-Kumitat tar-Reġjuni

(Kawża F-139/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni li permezz tagħha huwa rrifjuta li jirrikonoxxi li l-invalidità li jsofri minnha r-rikorrent kienet ikkaġunata mix-xogħol kif ukoll it-talba għall-kumpens għad-dannu morali allegatament subit.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Bureau tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-2 ta’ Diċembru 2014, innotifikata fis-6 ta’ Jannar 2015, sa fejn huwa, filwaqt li jikkonferma l-konklużjoni tal-Kumitat tal-Invalidità, rrifjuta li jirrikonoxxi li l-invalidità li jsofri minnha r-rikorrent kienet ikkaġunata mix-xogħol, fis-sens tal-Artikolu 78(5) tar-Regolamenti tal-Persunal; jannulla d-deċiżjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-24 ta’ Lulju 2015, innotifikata fis-27 ta’ Lulju 2015, li tiċħad it-talba tar-rikorrent;jikkundanna lill-Kumitat tar-Reġjuni għall-ħlas tal-ammont ta’ EUR 25 000 bħala kumpens għad-dannu morali;jikkundanna lill-Kumitat tar-Reġjuni għall-ispejjeż.

____________