Language of document : ECLI:EU:F:2016:152

DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU TAL-UNJONI EWROPEA
(L-Ewwel Awla)

18 ta’ Lulju 2016

Kawża F‑143/15

Constant Dietrich

vs

Il‑Parlament Ewropew

“Servizz Pubbliku – Membru tal-persunal bil-kuntratt – Xoljiment antiċipat tal-kuntratt – Data ta’ skadenza tal-avviż tat-temm ta’ impjieg – Sospensjoni tal-avviż tat-temm ta’ impjieg – Data ġdida ta’ skadenza tal-avviż tat-temm ta’ impjieg – Att li ma jikkawżax preġudizzju – Ilment tardiv – Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà – Inammissibbiltà manifesta – Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura”

Suġġett:      Rikors ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA skont l-Artikolu 106a tiegħu, li permezz tiegħu Constant Dietrich jitlob, prinċipalment, l-annullament tad-deċiżjoni tal-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ tal-Parlament Ewropew (iktar ’il quddiem l-“ASTK”), tat-2 ta’ Frar 2015, li x-xolji l-kuntratt tiegħu bħala membru tal-persunal bil-kuntratt, l-annullament tad-deċiżjoni tal-ASTK, tal-25 ta’ Frar 2015, li tiffissa d-data l-ġdida tat-tmiem tal-kuntratt u l-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tiegħu.

Deċiżjoni:      Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. Constant Dietrich għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.

Sommarju

Rikorsi tal-uffiċjali – Ilment amministrattiv li għandu jitressaq qabel – Data tat-tressiq – Riċezzjoni mill-amministrazzjoni

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 90(2))

Sabiex ilment jitqies bħala li tressaq b’mod validu fis-sens tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, hemm bżonn li l-awtorità kkonċernata tkun tista’ ssir taf bil-kontenut tiegħu fit-terminu previst. Konsegwentement, id-data li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi evalwat jekk ilment ġiex imressaq fit-terminu previst hija d-data tar-riċezzjoni ta’ dan l-ilment mill-istituzzjoni kkonċernata.

(ara l-punt 26)

Referenza:

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: digriet tad-29 ta’ Ġunju 2011, Schuerewegen vs Il‑Parlament, F‑125/10, EU:F:2011:98, punti 22 u 25