Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Diċembru 2012 - Strack vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-199/11) 

["Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Artikoli 17, 17a, 19 u 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal - Talba għall-awtorizzazzjoni li jiġu żvelati dokumenti - Talba għall-awtorizzazzjoni li jiġi ppubblikat test - Talba għall-awtorizzazzjoni sabiex jiġu użati fatti quddiem l-awtoritajiet ġudizzjajri nazzjonali - Inammissibbiltà tar-rikors fl-ewwel istanza - Assenza ta' att li jikkawża preġudizzju - Artikolu 90a tar-Regolamenti tal-Persunal"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Guido Strack (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-20 ta' Jannar 2011, Strack vs Il-Kummissjoni (F-132/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u li huwa intiż għall-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

G. Strack huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

G. Strack huwa kkundannat iħallas lit-Tribunal l-ammont ta' EUR 2 000 sabiex jirrimborsa parti mill-ispejjeż li dan tal-aħħar kellu jsostni.

____________

1 - ĠU C 232, 06.08.2011