Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta' Mejju 2009 - Amen Corner vs UASI - Comercio Electrónico Ojal (SEVE TROPHY)

(Kawża T-192/09)

Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Amen Corner (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Calderón Chavero, abogado, T. Villate Consonni, abogada)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Comercio Electrónico Ojal (Madrid, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta' Marzu 2009 fil-Każ R-462/2008-2 sa fejn din taċċetta r-reġistrazzjoni fir-rigward tal-prodotti fil-klassi 9.

fid-dawl tal-annullament preċedenti, tiċħad fit-totalità tagħha l-applikazzjoni għal trade mark Nru 4.617.213

tikkundanna lill-UASI, u lill-partijiet l-oħra għall-ispejjeż ta' dawn il-proċeduri jekk jiġu kkontestati, u tiċħad it-talbiet tagħhom.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Comercio Electrónico Ojal S.L.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva komposta mill-element verbali "SEVE TROPHY" (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4.617.213), għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 9, 14, 18, 25, 28, 35 u 41.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade marks figurattivi Komunitarji "SEVE TROPHY" u "SEVE BALLESTEROS TROPHY" (Nru 1.541.226, Nru 1.980.341, Nru 2.068.682 u Nru 3.846.235), għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 14, 25, 28, 35 u 41.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda taħt l-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1) [issostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta' Frar 2008 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)] u oppożizzjoni parzjalment milqugħa taħt l-Artikolu 8(1)(b) tal-istess regolament.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell parzjalment milqugħ.

Motivi invokati: Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94.

____________