Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta' Mejju 2009 - Poloplast vs UASI - Polypipe Building Products (P)

(Kawża T-189/09)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Poloplast GmbH & Co. KG (Leonding, l-Awstrija) (rappreżentant: G. Bruckmüller, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Polypipe Building Products Ltd (Edlinton, Vereinigtes Königreich)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tal-25 ta' Frar 2009, jew temendaha fis-sens li jiġi kkonstatat li mhemmx probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni, u

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "P" għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 11, 17, 19 u 42 (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3.148.194)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Polypipe Building Products Ltd

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark figurattiva "P" għall-prodotti fil-klassi 17 (Trade mark Komunitarja Nru 33.191) u t-trade mark figurattiva "P POLYPIPE" għall-prodotti fil-klassijiet 6, 11, 17, 19 u 20 (Trade mark Komunitarja Nru 2.685.691)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell parzjalment miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar 8(1)(b) tar-Regolament KE Nru 207/20091], sa fejn ma teżisti ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas- 26 ta' Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1)