Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Diċembru 2010 - Amen Corner vs UASI - Comercio Electrónico Ojal (SEVE TROPHY)

(Kawża T-192/09) 1

"Trade mark Kommunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Aapplikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SEVE TROPHY -Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti Seve Ballesteros Trophy u SEVE TROPHY - Ragunijiet relattivi għal rifjut - Nuqqas ta' xebh tal-prodotti u tas-servizzi - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Nuqqas ta' arrikiment indebitu min-natura distintiva jew mir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti u nuqqas ta' ħsara kkawżat lilhom - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Amen Corner, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. A. Calderón Chavero u T. Villate Consonni, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Comercio Electrónico Ojal, SL (Madrid)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta' Marzu 2009 (Każ R 462/2008-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Amen Corner, SA u Comercio Electrónico Ojal, SL.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Amen Corner, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 167, 18.07.2009.