Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud - ir-Repubblika Ċeka) – František Ryneš vs Úřad pro ochranu osobních údajů

(Kawża C-212/13) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 95/46/KE – Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi – Ipproċessar ta’ data personali – Kunċett ta’ “fil-kors ta’ attività purament personali jew domestika”)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: František Ryneš

Konvenut: Úřad pro ochranu osobních údajů

Dispożittiv

It-tieni inċiż tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-użu ta’ sistema ta’ kamera, li tagħti lok għal reġistrazzjoni vidjo ta’ persuni miżmuma f’apparat ta’ reġistrazzjoni kontinwa bħal hard disk, installata minn persuna fiżika fid-dar privata tagħha għall-protezzjoni tal-beni, tas-saħħa u tal-ħajja tal-proprjetarji tad-dar, liema sistema tissorvelja wkoll spazju pubbliku, ma jikkostitwixxix ipproċessar ta’ data magħmul fil-kors ta’ attivitajiet purament personali jew domestiċi, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.