Language of document : ECLI:EU:T:2014:800





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Settembru 2014 –Ipatau vs Il-Kunsill

(Kawża T‑646/11)

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Bjelorussja – Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Restrizzjoni ta’ dħul u ta’ passaġġ fit-territorju tal-Unjoni – Rikors għal annullament – Terminu tar-rikors – Ammissibbiltà – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Żball ta’ evalwazzjoni”

1.                     Rikors għal annullament – Termini – Bidu tad-dekorrenza – Att li jinkludi miżuri restrittivi fir-rigward ta’ persuna jew ta’ entità – Att ippubblikat u kkomunikat lid-destinatarji – Data ta’ komunikazzjoni tal-att (Ir-raba’ u s-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 102; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/666/PESK u 2012/642/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 1000/2011 u Nru 1017/2012) (ara l-punti 44-47)

2.                     Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja – Iffriżar ta’ fondi – Drittijiet tad-difiża – Komunikazzjoni tal-provi kontra – Deċiżjoni sussegwenti li żammet l-isem tar-rikorrent fil-lista ta’ persuni previsti minn dawn il-miżuri – Ksur tad-dritt ta’ smigħ – Assenza (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2)(a); Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 1017/2012) (ara l-punti 72-81)

3.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja – Iffriżar ta’ fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja – Rekwiżiti minimi (Artikolu 296 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/666/PESK u 2012/642/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 1000/2011 u Nru 1017/2012) (ara l-punti 92-96, 104)

4.                     Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja – Iffriżar ta’ fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja – Natura ta’ dawn il-miżuri – Assenza ta’ natura kriminali (Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/666/PESK u 2012/642/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 1000/2011 u Nru 1017/2012) (ara l-punt 113)

5.                     Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Bjelorussja – Iffriżar ta’ fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja – Portata tal-istħarriġ (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/666/PESK u 2012/642/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 1000/2011 u Nru 1017/2012) (ara l-punti 132-135)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/666/PESK, tal-10 ta’ Ottubru 2011, li temenda [id-Deċiżjoni] tal-Kunsill 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 265, p. 17), inkwantu tikkonċerna lir-rikorrent, tar-Regolament Implimentattiv tal-Kunsill (UE) Nru 1000/2011, tal-10 ta’ Ottubru 2011, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 265, p. 8), inkwantu jikkonċerna lir-rikorrent, tad-deċiżjoni tal-Kunsill, tal-14 ta’ Novembru 2011, li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża sabiex ismu jitneħħa mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/69/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja (ĠU L 28, p. 40), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 84/2011, tal-31 ta’ Jannar 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-President Lukashenko u ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja (ĠU L 28, p. 17), u l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 285, p. 1) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1017/2012, tas-6 ta’ Novembru 2012, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 307, p. 7), inkwantu jikkonċerna lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Vadzim Ipatau għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.