Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Novembru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-128/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: L. Vogel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li timponi fuq ir-rikorrent is-sanzjoni dixxiplinari ta’ sospensjoni ta’ avvanz ta’ skala għal perijodu ta’ 12-il xahar.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni adottata mill-Awtorità tal-Ħatra, fil-persuna ta’ tliet Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni, tat-23 ta’ Diċembru 2013, li permezz tagħha ġie imposta fuq ir-rikorrent is-sanzjoni ta’ avvanz ta’ skala għal perijodu ta’ 12–il xahar, effettiva mill-31 ta’ Diċembru 2013, skont l-Artikolu 9(1)(ċ) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal;sa fejn huwa meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni meħuda mill-Awtorità tal-Ħatra tat-22 ta’ Lulju 2014, li permezz tagħha ġie miċħud l-ilment tar-rikorrent, datata 21 ta’ Marzu 2014, li jikkontesta s-sentenza dixxiplinarja ċċitata hawn fuq, datata 23 ta’ Diċembru 2013;jikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-istanza, skont l-Artikolu 101 tar-Regoli tal-Proċedura, u b’mod partikolari l-ispejjeż indispensabbli sostnuti għall-finijiet tal-proċedura, bħall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u ta’ akkomodazzjoni, kif ukoll l-ispejjeż u d-drittijiet tal-avukati, skont l-Artikolu 105(ċ) tal-istess regolamenti.