Rikors ippreżentat fid-29 ta' Jannar 2013 - Roy vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni
(Kawża T-41/13)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: René Roy (Juillac-le-Coq, Franza) (rappreżentant: C.-E. Gudin, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
tikkumpensa b'mod sħiħ għad-dannu b'hekk subit permezz ta' sanzjonijiet pekunjarji, jiġifieri s-somma ta' EUR 87400;
tikkumpensa b'mod sħiħ għad-dannu morali subit, jiġifieri s-somma ta' EUR 100000;
tikkundanna lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għall-ispejjeż u l-ħlasijiet kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawżi T-195/11, Cahier
et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni
2, u T-458/11, Riche vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni .
____________1 - ĠU 2011, C 173, p. 14.2 - ĠU 2011, C 298, p. 28.