Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2015 – Dairek Attoumi vs UASI – Diesel (DIESEL)

(Kawża T-278/14) 1

[“Disinn jew mudell Komunitarju – Proċedimenti ta’ nullità – Disinn jew mudell Komunitarju rreġistrat DIESEL – Trade mark internazzjonali verbali preċedenti DIESEL – Raġuni ta’ invalidità – Użu ta’ sinjal distintiv – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 25(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 – Prova ta’ użu ġenwin – Sospensjoni tal-proċedura amministrattiva”]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Mansour Dairek Attoumi (Badalona, Spanja) (rappreżentanti: E. Manresa Medina u J. Manresa Medina, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Mondéjar Ortuño u V. Melgar, aġenti)Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Diesel SpA (Breganze l-Italja) (rappreżentanti: F. Celluprica u F. Fischetti, avukati)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Frar 2014 (Każ R 855/2012-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Diesel SpA u Mansour Dairek Attoumi.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Mansour Dairek Attoumi huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 253,

 4.8.2014.