Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Novembru 2011 - Nolin vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-58/11 P) 

("Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Tħassir tal-punti ta' mertu u ta' prijorità wara promozzjoni bbażata fuq l-Artikolu 29 tar-Regolamenti tal-Persunal - Bażi legali - Kompetenza tal-awtur tal-att - Prinċipju ta' nondiskriminazzjoni")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Michel Nolin (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz, aġent, assistit minn D. Waelbroeck, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tal-1 ta' Diċembru 2010, Nolin vs Il-Kummissjoni, (F-82/09, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

M. Nolin huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 89, 19.03.2011.