Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Dicembru 2014 – Castelnou Energía vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-57/11) 1

(Għajnuna mill-Istat – Elettriku – Kumpens tal-ispejjeż addizzjonali ta’ produzzjoni – Obbligu ta’ servizz pubbliku li jiġu prodotti ċerti volumi ta’ elettriku minn faħam indiġenu – Mekkaniżmu ta’ dispaċċ preferenzjali – Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern – Rikors għal annullament – Interess individwali – Effett sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva – Ammissibbiltà – Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali – Diffikultajiet serji – Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali – Sigurtà tal-provvista tal-elettriku – Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2003/54/KE – Moviment liberu tal-merkanzija – Protezzjoni tal-ambjent – Direttiva 2003/87/KE)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Castelnou Energía, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment E. Garayar Gutiérrez, sussegwentement C. Fernández Vicién, A. Pereda Miquel u C. del Pozo de la Cuadra, sussegwentement C. Fernández Vicién, L. Pérez de Ayala Becerril u D. Antón Vega u fl-aħħar C. Fernández Vicién, L. Pérez de Ayala Becerril u C. Vila Gisbert, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Greenpeace-España (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment N. Ersbøll, S. Rating u A. Criscuolo, sussegwentement N. Ersbøll u S. Rating, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment J. Rodríguez Cárcamo, sussegwentement M. Muñoz Pérez u N. Díaz Abad, sussegwentement N. Díaz Abad u S. Centeno Huerta u fl-aħħar A. Rubio González u M. Sampol Pucurull, abogados del Estado); Hidroeléctrica del Cantábrico, SA (Oviedo, Spanja) (rappreżentanti: J. Álvarez de Toledo Saavedra u J. Portomeñe López, avukati); E.ON Generación, SL (Santander, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment E. Sebastián de Erice Malo de Molina u S. Rodríguez Bajón, sussegwentement S. Rodríguez Bajón, avukati); Comunidad Autónoma de Castilla y León (rappreżentanti: inizjalment K. Desai, solicitor, S. Cisnal de Ugarte u M. Peristeraki, avukati, sussegwentement S. Cisnal de Ugarte); u Federación Nacional de Empresarios de Minas de Carbón (Carbunión) (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment K. Desai, solicitor, S. Cisnal de Ugarte u M. Peristeraki, avukati, sussegwentement S. Cisnal de Ugarte u A. Baumann, avukati)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4499, tad-29 ta’ Settembru 2010, dwar l-Għajnuna mill-Istat Nru 178/2010 nnotifikata mir-Renju ta’ Spanja taħt forma ta’ kumpens għal servizz pubbliku assoċjat ma’ mekkaniżmu ta’ dispaċċ preferenzjali favur impjanti ta’ produzzjoni tal-enerġija elettrika li jużaw faħam indiġenu.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Castelnou Energía, SL għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.Ir-Renju ta’ Spanja, Greenpeace España, Hidroeléctrica del Cantábrico, SA, E.ON Generación, SL, il-Comunidad Autónoma de Castilla y León u l-Federación Nacional de Empresarios de Minas de Carbón (Carbunión) għandhom ibatu, kull wieħed minnhom, l-ispejjeż rispettivi tagħhom.