Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Frar 2013 – Presset vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-25/12) 1

(Servizz pubbliku – Remunerazzjoni – Allowance ta’ kuljum – Kundizzjonijiet għall-għoti)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Paul-Henri Presset (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: P. Pradal, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

Servizz pubbliku – Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta l-għoti tal-allowances ta’ kuljum lir-rikorrent.Dispożittiv1)    Ir-rikors huwa miċħud.2)    M. Presset għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.