Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2012 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-151/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad id-dritt għall-allowance ta’ espatrijazzjoni lir-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-deċiżjoni tal-PMO tas-6 ta’ Marzu 2012 li tiċħad lir-rikorrent id-dritt għall-allowance ta’ espatrijazzjoni skont l-Artikolu 4 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal ;sa fejn huwa meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni taċ-ċaħda tat-talba tiegħu tat-31 ta’ Awwissu 2012 ;tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.