Language of document : ECLI:EU:T:2021:592


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla Estiża) tal-15 ta’ Settembru 2021 – Lidl Stiftung (Sfumatura ta’ kulur oranġjo)

(Kawża T-274/20)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta sfumatura ta’ kulur oranġjo – Raġuni assoluta għal rifjut – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Eżami ex officio tal-fatti – Artikolu 95(1) tar-Regolament 2017/1001 – Natura tat-trade mark – Trade mark ta’ kulur – Dritt għal smiegħ – Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001)

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Persuni li jistgħu jippreżentaw rikors u jkunu parti fil-kawża – Persuni li t-talbiet tagħhom ma jintlaqgħux permezz ta’ deċiżjoni – Deċiżjoni li tibgħat lura l-kawża quddiem l-istanza inferjuri għal eżami mill-ġdid

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 72(4))

(ara l-punti 23, 24)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Dispożizzjonijiet proċedurali – Eżami ex officio tal-fatti – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità fir-rigward tal-motivi assoluti ta’ rifjut – Eżami limitat għall-motivi invokati – Teħid inkunsiderazzjoni tal-fatti magħrufa

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikoli 7 u 95(1))

(ara l-punti 32, 33, 38)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Dispożizzjonijiet proċedurali – Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju – Rispett tad-drittijiet tad-difiża – Portata tal-prinċipju

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2)(a); Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, it-tieni sentenza tal-Artikolu 94(1))

(ara l-punt 46)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Frar 2020 (Każ R 2392/2018-1), dwar proċedimenti ta’ invalidità bejn Lidl Stiftung & Co. u MHCS.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-24 ta’ Frar 2020 (R 2392/2018-1) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs dawk sostnuti minn MHCS.

3)

Lidl Stiftung & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs dawk sostnuti minn MHCS.