Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2024 – Skechers USA vs EUIPO (GO HANDS FREE)
(Kawża T-80/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Skechers USA, Inc. II (Manhattan Beach, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. Bogatz, Y. Stone and J. Feigl, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “GO HANDS FREE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 761 967
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Diċembru 2023 fil-Każ R 1664/2023-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tar-rikorrenti.
Motivi invokati
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza kif stabbilit fl-Artikolu 20 flimkien mal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;
Ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba kif stabbilit fl-Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.
____________