Language of document :





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-4 ta’ Lulju 2011 – Sepracor Pharmaceuticals vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-275/09)

“Rikors għal annullament – Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Sustanza attiva eszopiclone – Awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq – Nuqqas ta’ rikonoxximent tal-kwalità ta’ sustanza attiva ġdida – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà”

Rikors għal annullament - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Kunċett - Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti - Ittra tal-Kummissjoni li tesprimi l-pożizzjoni tagħha dwar il-provvedimenti li għandhom jittieħdu wara l-opinjoni tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini - Esklużjoni (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230, Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 726/2004, Artikolu 10(2)) (ara l-punti 15, , 18, 20, 23, 24, 31, 32, 35)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li fiha l-ittra tal-Kummissjoni mibgħuta lir-rikorrenti fis-6 ta’ Mejju 2009, fil-kuntest tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq tal-Lunivia, sa fejn din tirrigwarda l-kwalifikazzjoni tas-sustanza attiva eszopiclone.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Sepracor Pharmaceuticals (Ireland) Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.