Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-11 ta' Ġunju 2009 - Ketselidis vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-72/08)1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rikorsi - Ilment amministrattiv imressaq qabel - Risposta temporanja - Żball skużabbli - Nuqqas - Deċiżjoni impliċita ta' ċaħda - Ilment tardiv - Inammissibbiltà - Sentenza mogħtija minn qorti Komunitarja - Fatt ġdid sostanzjali - Assenza)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Michalis Ketselidis (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. A. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Martin u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni impliċita ta' ċaħda tat-talba mressqa mir-rikorrent fir-rigward tar-reviżjoni tal-kalkolu tas-snin tas-servizz pensjonabbli li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni meta jsir it-trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni miksuba fil-Greċja lejn l-iskema Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

M. Ketselidis huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 272, 25.10.2008, p. 51