Language of document : ECLI:EU:T:2008:444





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2008 – Air Products and Chemicals vs UASI – Messer Group (Ferromix, Inomix u Alumix)

(Kawżi magħquda T-305/06 sa T-307/06)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjonijiet għat-trade marks verbali Ferromix, Inomix u Alumix – Trade marks Komunitarji verbali preċedenti FERROMAXX, INOMAXX U ALUMAXX – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara punti 21, 34, 59-63)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra tliet deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Settembru 2006 (Każijiet magħquda R 1270/2005-2 u R 1408/2005-2; R 1226/2005-2 u R 1398/2005-2; R 1225/2005-2 u R 1397/2005-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Air Products and Chemicals, Inc. u Messer Group GmbH.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Messer Group GmbH

Trade marks Komunitarji kkonċernati:

Trade marks verbali Ferromix, Inomix u Alumix għal prodotti fil-klassijiet 1 u 4 – Applikazzjonijiet Nri 3190063, 3190031 u 3190022

Proprjetarju tat-trade marks jew tas-sinjali invokati insostenn tal-oppożizzjoni:

Air Products and Chemicals, Inc.

Trade marks jew sinjali invokati insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade marks verbali FERROMAXX, INOMAXX u ALUMAXX għal prodotti fil-klassi 1

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni milqugħa fir-rigward tal-prodotti kollha fil-klassi 1 u oppożizzjoni miċħuda fir-rigward tal-prodotti kollha fil-klassi 4

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appelli tar-rikorrenti miċħuda, appelli tal-applikant milqugħa


Dispożittiv

1)

Id-deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-12 ta’ Settembru 2006 (Każijiet magħquda R 1270/2005-2 u R 1408/2005-2; R 1226/2005-2 u R 1398/2005-2; R 1225/2005-2 u R 1397/2005-2) huma annullati.

2)

L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż ta’ Air Products and Chemicals, Inc.

3)

Messer Group GmbH għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.