Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Szczecinie (il-Polonja) fis-7 ta’ Ġunju 2017 – Feniks Sp. z o.o. vs Azteca Products & Services SL

(Kawża C-337/17)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Szczecinie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Feniks Sp. z o.o.

Konvenuta: Azteca Products & Services SL

Domandi preliminari

Kawża li tirriżulta minn azzjoni għal dikjarazzjoni ta’ ineffettività, diretta kontra xerrej stabbilit fi Stat Membru, inkonnessjoni ma’ kuntratt ta’ bejgħ ta’ proprjetà immobbli li tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, minħabba l-ħsara kkawżata lill-kredituri tal-bejjiegħ, liema kuntratt ġie konkluż u eżegwit fl-intier tiegħu fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru l-ieħor, tikkostitwixxi kawża “fi kwistjonijiet relatati ma’ kuntratt”, fis-sens tal-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali 1 ?

Ir-risposta għad-domanda preċedenti għandha tingħata billi jiġi applikat il-prinċipju ta’ “acte éclairé”, billi jsir riferiment għas-sentenza tas-17 ta’ Ġunju 1992, Handte (C-26/91, EU:C:1992:268), minkejja li din is-sentenza tikkonċerna r-responsabbiltà ta’ produttur għal difetti tal-oġġett, liema produttur ma kienx f’pożizzjoni jipprevedi lil minn dan l-oġġett seta’ sussegwentement jinbiegħ u, konsegwentement, min seta’ jipproċedi kontra tiegħu, filwaqt li l-azzjoni mressqa kontra xerrej għal “dikjarazzjoni ta’ ineffettività u li tirrigwarda kuntratt ta’ bejgħ ta’ proprjetà immobbli” minħabba l-ħsara kkawżata lill-kredituri tal-bejjiegħ, tirrikjedi (bil-għan li tirnexxi) li x-xerrej kien konsapevoli tal-fatt li l-att legali (il-kuntratt ta’ bejgħ) kien qiegħed isir bi ħsara għall-kredituri u li, konsegwentement, ix-xerrej għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-possibbiltà li titressaq tali azzjoni mill-kreditur personali tal-bejjiegħ?

____________

1 ĠU L 351, p. 1.