Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ l’Sąd Okręgowy w Szczecinie - il-Polonja) – Feniks Sp. z o.o. vs Azteca Products & Services SL

(Kawża C-337/17) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Regolament (UE) Nru 1215/2012 – Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali – Ġurisdizzjonijiet speċjali – Artikolu 7(1)(a) – Kunċett ta’ “kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ kuntratt” – Actio pauliana)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Szczecinie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Feniks Sp. z o.o.

Konvenuta: Azteca Products & Services SL

Dispożittiv

F’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, actio pauliana, li permezz tagħha l-proprjetarju ta’ dritt ta’ kreditu naxxenti minn kuntratt jitlob li jiġi ddikjarat ineffettiv fil-konfront tiegħu l-att legali, allegatament ta’ ħsara għad-drittijiet tiegħu, li permezz tiegħu d-debitur tiegħu ttrasferixxa beni lil terza persuna, taqa’ taħt ir-regola ta’ ġurisdizzjoni internazzjonali prevista fl-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali.

____________

1     ĠU C 300, 11.09.2017