Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta' Settembru 2011 - Arch Chemicals Inc. et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-120/08) 1

("Rikors għal annullament - Spezzjonijiet sanitarji - Tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali - Regolament (KE) Nru 1451/2007 - Nuqqas ta' interess individwali - Inammissibbiltà - Proċedura fil-kontumaċja")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Arch Chemicals, Inc. (Norwalk, Connecticut, l-Istati Uniti); Arch Timber Protection Ltd (Castleford, West Yorkshire, ir-Renju Unit); Rhodia UK Ltd (Watford, Hertfordshire, ir-Renju Unit), Sumitomo Chemical (UK) plc (Londra, ir-Renju Unit) u Troy Chemical Company BV (Vlaardingen, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u E. Kružíková, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: European Chemical Industry Council (CEFIC) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment Y. van Gerven u V. Terrien, sussegwentement Y. van Gerven, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikolu 3(2), tal-Artikolu 4, tal-Artikolu 7(3), tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(2), tal-Artikolu 15(3), tal-Artikolu 17 u tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007, tal-4 ta' Diċembru 2007, dwar it-tieni fażi tal-programm ta' ħidma ta' 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali (ĠU L 325, p. 3).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Arch Chemicals Inc., Arch Timber Protection Ltd, Rhodia UK Ltd, Sumitomo Chemical (UK) plc u Troy Chemical BV għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

Il-European Chemical Industry Council (CEFIC) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 - ĠU C 128, 24.05.2008.