Language of document : ECLI:EU:T:2011:492





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Settembru 2011 – Arch Chemicals et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-120/08)

“Rikors għal annullament – Spezzjonijiet sanitarji – Tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidiċi – Regolament (KE) Nru 1451/2007 – Nuqqas ta’ interess individwali – Inammissibbiltà – Proċedura fil-kontumaċja”

Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment - Possibbiltà li persuna tkun ikkonċernata individwalment minn deċiżjoni ta’ natura ġenerali - Kundizzjonijiet - Regolament tal-Kummissjoni intiż li jistabbilixxi l-modalitajiet tal-applikazzjoni tal-programm ta’ ħidma għall-eżami tas-sustanzi attivi eżistenti kollha - Rikors ippreżentat minn produtturi ta’ sustanzi attivi - Assenza ta’ interess individwali - Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 1451/2007) (ara l-punti 34-38, 44-46, 49, 50)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikolu 3(2), tal-Artikolu 4, tal-Artikolu 7(3), tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(2), tal-Artikolu 15(3), tal-Artikolu 17 u tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007, tal-4 ta’ Diċembru 2007, dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (ĠU L 325, p. 3).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Arch Chemicals Inc., Arch Timber Protection Ltd, Rhodia UK Ltd, Sumitomo Chemical (UK) plc u Troy Chemical BV għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

4)

Il-European Chemical Industry Council (CEFIC) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.