Language of document : ECLI:EU:T:2008:107





Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-11 ta’ April 2008 – Ċipru vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-122/08 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Avviż ta’ għoti ta’ kuntratt intiż li jinkoraġġixxi l-iżvilupp ekonomiku fit-tramuntana ta’ Ċipru – Talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”

Proċedura għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Argumenti essenzjalment identiċi għal dawk ippreżentati fil-kuntest ta’ kawża preċedenti – Riferiment għall-motivi tad-deċiżjoni preċedenti – Nuqqas ta’ urġenza (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 6 sa 7)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni ta’ avviż ta’ għoti ta’ kuntratt adottat mill-Kummissjoni u intiż li jinkoraġġixxi l-iżvilupp ekonomiku fit-tramuntana ta’ Ċipru dwar l-implementazzjoni ta’ unità ta’ tmexxija ta’ programm in sostenn ta’ l-implementazzjoni ta’ proġetti ta’ investiment fil-qasam ta’ l-ilma, ta’ l-ilma mormi u ta’ l-iskart solidu.

Dispożittiv

1)

It-talba għal proċeduri għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.