Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' April 2008 - Ċipru vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-122/08 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Avviż ta' għoti ta' kuntratt intiż li jinkoraġġixxi l-iżvilupp ekonomiku fil-parti tat-tramuntana ta' Ċipru - Talba għas-sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza")

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika ta' Ċipru (rappreżentant: P. Kliridis, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. van Nuffel u I. Zervas, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni ta' avviż ta' għoti ta' kuntratt adottat mill-Kummissjoni u intiż li jinkoraġġixxi l-iżvilupp ekonomiku fil-parti tat-tramuntana ta' Ċipru dwar l-implementazzjoni ta' unità ta' ġestjoni ta' programm in sostenn ta' l-implementazzjoni ta' proġetti ta' investiment fil-qasam ta' l-ilma, ta' l-ilma mormi u ta' l-iskart solidu.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż jibqgħu riżervati.

____________