Rikors ippreżentat fl-14 ta' Marzu 2008 - Ir-Repubblika ta' Ċipru vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-122/08)
Lingwa tal-kawża:Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika ta' Ċipru (rappreżentant: P. Kliridis)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla s-sejħa għal offerti EuropeAid/126316/C/SER/CY, għall-għoti tal-kuntratt intitolat "Twaqqif ta' unità ta' ġestjoni ta' programm in sostenn ta' l-implementazzjoni ta' proġetti ta' investiment fil-qasam ta' l-ilma/ilma mormi u ta' l-iskart solidu" li ġiet ippubblikata fil-lingwa Ingliża biss fis-sit HYPERLINK "http://ec.europa.eu/europaid/tender/data/" http://ec.europa.eu/europaid/tender/data/ bejn wieħed u ieħor fl-4 ta' Jannar 2008, u li jiġu annullati l-Artikoli 5 u 28.2 ta' din is-sejħa.
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali fformulati mir-rikorrenti huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-kawżi T-91/08, T-92/08 u T-93/08, Ir-Repubblika ta' Ċipru vs Il-Kummissjoni.
____________