Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta' Mejju 2010 - PC-Ware Information Technologies vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-121/08) 1

"Kuntratti pubbliċi għal provvisti - Proċedura ta' sejħa għal offerti Komunitarja - Akkwist ta' prodotti ta' software u liċenzji - Ċaħda tal-offerta ta' offerent - Offerta anormalment baxxa - Obbligu ta' motivazzjoni"

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: PC-Ware Information Technologies BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: L. Devillé u B. Maerevoet, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropej (rappreżentanti: E. Manhaeve, aġent, assistit minn P. Wytinck, avukat)

Suġġett

Prinċiparjament, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Jannar 2008, li tiċħad l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti DIGIT/R2/PO/2007/022 u, sussidjarjament, talba għal kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba l-aġir tal-Kummissjoni.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    PC-Ware Information Technologies BV hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 106, 9.5.2008.