Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2024 – Seedless Gold International vs CPVO – Ángel Teresa Hermanos (Queen)

(Kawża T-74/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Seedless Gold International, SL (Pilar de la Horadada, Spanja) (rappreżentant: P. M. Porcel Sánchez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ángel Teresa Hermanos, SA (Pilar de la Horadada, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem iċ-CPVO

Proprjetarju tal-varjetà tal-pjanti Komunitarja kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Varjetà tal-pjanti Komunitarja kontenzjuża: il-varjetà tal-pjanti Komunitarja Nru EU 33910 – Denominazzjoni tal-varjetà “Queen” – Speċi: Citrus reticulata Blanco

Proċedimenti quddiem iċ-CPVO: proċedimenti ta’ trasferiment

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell taċ-CPVO tat-13 ta’ Diċembru 2023 fil-Każ A001/2022

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha u, konsegwentement, tikkonferma l-proprjetà attwali tal-varjetà tal-mandolina “Queen” lill-kumpannija Seedless Gold International, SL bit-titolu ta’ protezzjoni Nru 339610 bħala proprjetarja rreġistrata fir-rigward tat-titolu ta’ trasferiment u taċ-ċessjoni tad-drittijiet inkwistjoni.

Motivi invokati

Applikazzjoni żbaljata tal-provi dokumentali prodotti b’rabta mal-applikazzjoni tal-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/1994 u tal-Artikolu 79 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE ) Nru 874/2009;

Rekwiżit ta’ kundizzjonijiet addizzjonali għall-akkreditazzjoni tad-dokument taċ-ċessjoni tad-drittijiet, b’rabta mal-applikazzjoni tal-Artikolu 50(1)(a), tal-Artikolu 73(4), tal-Artikolu 79, tal-Artikolu80(1)(a) u (d), tal-Artikolu 87(1)(a) u (2)(d), tal-Artikolu 89 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2009, kif ukoll tal-Artikoli 12 u 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/1994;

Żball ta’ evalwazzjoni tal-provi prodotti lill-Bord tal-Appell taċ-CPVO;

Il-konklużjoni tal-proċeduri kriminali u n-nuqqas ta’ provi inkriminanti suffiċjenti fir-rigward ta’ Seedless Gold International S.L. u tar-rappreżentant quddiem iċ-CPVO.

____________