Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2024 – Administration of the State Border Guard Service of Ukraine vs EUIPO (RUSSIAN WARSHIP, GO F**K YOURSELF)

(Kawża T-82/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Administration of the State Border Guard Service of Ukraine (rappreżentant: P. Holý, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “RUSSIAN WARSHIP, GO F**K YOURSELF” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 672 791

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Diċembru 2023 fil-Każ R 438/2023-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ amministrazzjoni tajba;

ksur tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________