Language of document :

Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2024 – CG vs EFSA

(Kawża T-52/24)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: CG (rappreżentant: M. Velardo, avukata)

Konvenut: L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2022, ikkomunikat fis-27 ta’ Marzu 2023;

tannulla d-deċiżjoni tal-awtorità li għandha s-setgħa biex tikkonkludi kuntratti ta’ xogħol (AHCC) tal-24 ta’ Ottubru 2023, ikkomunikata fl-istess jum, li tiċħad ir-rikors (Nru.R.400/23) ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2023 taħt l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-kundizzjonijiet applikabbli għall-aġenti l-oħra kontra d-deċiżjoni kkomunikata fis-27 ta’ Marzu 2023 li biha ġie adottat ir-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrenti għas-sena 2022.

tikkundanna lill-EFSA għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent, jinvoka sitt motivi.

L-ewwel motiv: ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali (Artikolu 263 TFUE) u n-nuqqas ta’ kompetenza tal-entità li adottat ir-rapport ta’ evalwazzjoni.

It-tieni motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq użu ħażin ta’ poter u mal-ksur tal-prinċipju ta’ imparzjalità.

Is-sitt motiv huwa bbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ premura.

____________