Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2024 – Laura Food vs EUIPO – Morghati Abderrahim (THE VERT DE CHINE 4011 ALJAMAL ALJAMAL 4011 B 552)

(Kawża T-95/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Laura Food Srl (Rozzano, l-Italja) (rappreżentant: C. Bercial Arias, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Morghati Abderrahim, Ditta Individuale (Milano, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “THE VERT DE CHINE 4011 ALJAMAL ALJAMAL 4011 B 552” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 365 959

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Diċembru 2023 fil-Każ R 909/2023-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u, jekk ikun il-każ, l-intervenjent, għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________