Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2014 – Kimman vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-644/11 P) 1

(“Appell – Appell inċidentali – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Evalwazzjoni – Rapport ta’ evalwazzjoni – Eżerċizzju ta’ evalwazzjoni 2009 – Regola ta’ qbil bejn ir-rikors u l-ilment – Artikolu 91(2) tar-Regolamenti tal-Persunal – Opinjoni tal-grupp ad hoc – Żnaturament – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest tal-evalwazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Eugène Emile Marie Kimman (Overijse, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Settembru 2011, Kimman vs Il-Kummissjoni (F-74/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)    Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Settembru 2011, Kimman vs Il-Kummissjoni (F-74/10), hija annullata, minn naħa, peress li tiddikjara ammissibbli t-tieni motiv, l-ewwel sitt partijiet tat-tielet motiv u r-raba’ motiv, salv l-ilment li x-xogħol imwettaq mill-appellant fl-interess tal-istituzzjoni ma ttiħidx inkunsiderazzjoni, li tqajjem mill-appellant fil-kuntest tal-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll, peress li l-Kummissjoni Ewropea ġiet ikkundannata li tbati, barra l-ispejjeż tagħha, kwart tal-ispejjeż relatati mal-imsemmija proċedura tal-appellant.2)     L-appell prinċipali huwa miċħud.3)     Ir-rikors ippreżentat minn Eugène Emile Marie Kimman quddiem Tribunal għas-Servizz Pubbliku huwa miċħud.4)    E. Kimman huwa kkundannat iħallas l-ispejjeż kollha relatati kemm mal-ewwel istanza u kof ukoll mal-appell prinċipali.5)    Kull parti għandha tbati l-sipejjeż tagħha fil-kuntest tal-appll inċidentali.