Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Ġunju 2011 - Morelli vs UASI - Brambilla (Partito della Libertà)

(Kawża T-322/11)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Raffaello Morelli (Livorno, l-Italja) (rappreżentant: G. Brenelli, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Michela Vittoria Brambilla (Milano, l-Italja)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannullla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tas-17 ta' Mejju 2011 u dik tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-14 ta' Mejju 2010

tiddikjara li l-oppożizzjoni tar-rikorrent kontra l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Nru 6.203.012 hija milqugħa u tiċħad l-applikazzjoni għal tali trade mark

tikkundanna lil M. V. Brambilla għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Michela Vittoria Brambilla

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva li fiha l-element verbali "Partito della Libertà" (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6.203.012), għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 14, 16, 24, 25, 35, 36, 38, 41, 42 u 45.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Raffaello Morelli

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Isem tad-domain "partitodellaliberta.it", assenjat mill-Awtorità proposta għall-assenjazzjoni tad-domains "it" fid-9 ta' Awwissu 2004 lil Raffaello Morello, li l-opponenti sostnew li ġie użat fil-kors tal-kummerċ għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35, 38, 41 u 45.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009, dwar it-trade mark Komunitarja, evalwazzjoni żbaljata tal-kunċett ta' "użat fil-kors tal-kummerċ" b'riferiment għal isem użat fil-qasam politiku, u evalwazzjoni żbaljata tad-dokumenti li jipprovaw l-użu kummerċjali tat-trade mark preċedenti.

____________