Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Marzu 2012 - Cadila Healthcare vs UASI - Novartis (ZYDUS)

(Kawża T-288/08) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ZYDUS - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ZIMBUS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh tal-prodotti - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cadila Healthcare Ltd (Ahmedabad, l-Indja) (rappreżentanti: S. Bailey, F. Potin u A. Juaristi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: N. Hebeis, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta' Mejju 2008 (Kawża R 1092/2007-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Novartis AG u Cadila Healthcare Ltd.

Dispożittiv

It-talba li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni hija miċħuda.

Ir-rikors huwa miċħud.

3)    Cadila Healthcare Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 247, 27.09.2008.