Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta' Lulju 2008 - Cadila Healthcare vs UASI - Novartis (ZYDUS)

(Kawża T-288/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cadila Healthcare Ltd (Ahmedabad, L-Indja) (rappreżentanti: S. Bailey, A. Jiartisti u F. Potin, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Novartis AG (Basel, L-Iżvizzera)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-7 ta' Mejju 2008, Każ R 1092/2007-2; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċeduri quddiem il-Bord ta' l-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "ZYDUS" għall-prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 10 - applikazzjoni Nru 3 277 662

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: In-Nru ta' reġistrazzjoni 2 356 964 għat-trade mark Komunitarja "ZIMBUS" għall-prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Tilqa' l-oppożizzjoni fir-rigward ta' parti mill-prodotti kkontestati

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda parzjali ta' l-appell

Motivi invokati: Il-Bord ta' l-Appell żbalja fid-deċiżjoni tiegħu li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade mark preċedenti u t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni, bi ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tat-trade marks, b'mod partikolari ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94.

____________