Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 13 ta' Settembru 2010 - Inditex vs UASI - Marín Díaz de Cerio (OFTEN)

(Kawża T-292/08)1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali OFTEN - Trade mark nazzjonali preċedenti OLTEN - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Xebh bejn il-prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Prova tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Suġġett tal-kawża quddiem il-Bord tal-Appell - Artikoli-61 u 62 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikoli 63 u 64 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Industria de Diseño Textil (Inditex), SA (Arteixo, Spanja) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri u A. Castán Pérez-Gómez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Roberto Fernando Marín Díaz de Cerio (Logroño, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-24 ta' April 2008 (Każ R 484/2007-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Roberto Fernando Marín Díaz de Cerio u Industria de Diseño Textil (Inditex), SA.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Industria de Diseño Textil (Inditex), SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 236, 13.9.2008.