Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2015 – Philips vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-92/13) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq dinji tat-tubi katodiċi għas-settijiet tat-televiżjoni u għall-moniters tal-kompjuter – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Ftehimiet u prattiki miftiehma fir-rigward ta’ prezzijiet, ta’ tqassim tas-swieq u ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni – Ksur uniku u kontinwat – Imputabbiltà lill-kumpannija parent tal-ksur imwettaq mill-impriża komuni – Ugwaljanza fit-trattament – Metodu ta’ kalkolu tal-ammont tal-multa – Teħid inkunsiderazzjoni tal-valur tal-bejgħ tat-tubi katodiċi permezz ta’ prodotti ttrasformati – Teħid inkunsiderazzjoni tal-valur medju tal-bejgħ irreġistrat matul it-tul tal-ksur – Teħid inkunsiderazzjoni tad-dħul mill-bejgħ globali tal-grupp – Proporzjonalità– Tul tal-proċedura amministrattiva”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Koninklijke Philips Electronics NV (Eindhoven, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: J. de Pree u S. Molin, avukati)Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn C. Hödlmayr, M. Kellerbauer u P. Van Nuffel, sussegwentement minn M. Kellerbauer, P. Van Nuffel u A. Biolan, u fl-aħħar nett minn M. Kellerbauer, P. Van Nuffel et V. Bottka, aġenti)SuġġettPrinċipalment, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 8839 finali, tal-5 ta’ Diċembru 2012, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.437 – Tubi katodiċi għas-settijiet tat-televiżjoni u għall-moniters tal-kompjuter), u, sussidjarjament, talba għat-tħassir jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Koninklijke Philips Electronics NV hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 108, 13.4.2013.