Language of document : ECLI:EU:T:2015:609





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Settembru 2015 –
LG Electronics vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑91/13)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq dinji tat-tubi katodiċi għas-settijiet tat-televiżjoni u għall-moniters tal-kompjuter – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Ftehimiet u prattiki miftiehma fir-rigward ta’ prezzijiet, ta’ tqassim tas-swieq, ta’ kapaċitajiet u ta’ produzzjoni – Ksur uniku u kontinwu – Imputabbiltà lill-kumpannija parent tal-ksur imwettaq mill-impriża konġunta – Ugwaljanza fit-trattament – Metodu ta’ kalkolu tal-ammont tal-multa – Teħid inkunsiderazzjoni tal-valur ta’ bejgħ tat-tubi katodiċi permezz ta’ prodotti ttrasformati – Terminu ta’ preskrizzjoni – Proporzjonalità – Tul tal-proċedura amministrattiva»

1.                     Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija parent u sussidjarji – Unità ekonomika – Imputazzjoni tal-aġir antikompetittiv ta’ impriża konġunta lil waħda mill-kumpanniji parent tagħha – Kundizzjonijiet – Influwenza determinanti eżerċitata fuq l-aġir tal-impriża konġunta – Oneru tal-prova – Eżerċizzju ta’ influwenza determinanti li tista’ tiġi dedotta minn sensiela ta’ indizji relatati mar-rabtiet ekonomiċi, ta’ organizzazzjoni u legali bejn l-impriża konġunta u l-kumpanniji parent (Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punti 33-40, 53, 54, 57, 60-63, 65)

2.                     Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Rispett tad-drittijiet tad-difiża – Portata tal-prinċipju – Ksur – Kundizzjonijiet – Possibbiltà għall-impriża kkonċernata li tiddefendi ruħha aħjar fl-assenza ta’ irregolaritajiet proċedurali – Obbligu ġenerali ta’ prudenza li jorbot lill-impriżi kollha – Obbligu li tiġi żgurata l-preżervazzjoni tajba tal-provi neċessarji fl-ipoteżi ta’ azzjonijiet ġuridiċi jew amministrattivi (Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 27(1)) (ara l-punti 68-70, 86)

3.                     Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija parent u sussidjarji – Unità ekonomika – Imputazzjoni tal-aġir antikompetittiv ta’ impriża konġunta lil waħda mill-kumpanniji parent tagħha – Assenza ta’ imputazzjonji lill-impriża konġunta tar-responsabbiltà tal-aġir tagħha – Ammissibbiltà (Artikolu 101 TFUE; Ftehim ŻEE, Artikolu 53) (ara l-punti 72-75, 81-83)

4.                     Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Aġġustament tal-ammont bażiku – Ammont massimu – Kalkolu – Dħul mill-bejgħ li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni – Dħul mill-bejgħ akkumulat tal-kumpanniji kollha li jifformaw l-entità ekonomika li taġixxi bħala impriża (Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 99-105)

5.                     Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Obbligu ta’ diliġenza u ta’ imparzjalità (Artikolu 101 TFUE) (ara l-punti 108, 109)

6.                     Kompetizzjoni – Multi – Evalwazzjoni skont l-aġir individwali tal-impriża – Effett tal-assenza ta’ sanzjoni kontra operatur ekonomiku ieħor – Assenza (Artikolu 101(1) TFUE) (ara l-punti 110, 111)

7.                     Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Preskrizzjoni fil-qasam tal-multi – Bidu tad-dekorrenza – Ksur uniku u kontinwu (Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 25) (ara l-punti 121-123)

8.                     Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Iffissar tal-ammont bażiku – Determinazzjoni tal-valur ta’ bejgħ – Bejgħ imwettaq b’relazzjoni diretta jew indiretta mal-ksur – Inkorporazzjoni tal-prodotti suġġetti għal kartell fi prodotti ffinalizzati minn unitajiet ta’ produzzjoni integrati b’mod vertikali fl-impriża implikata – Bejgħ tal-prodotti finali fiż-Żona Ekonomika Ewropea mill-impriża implikata – Teħid inkunsiderazzjoni tal-valur ta’ bejgħ tal-prodotti finali sal-frazzjoni biss ta’ dan il-valur li jikkorrispondi għall-valur tal-prodotti suġġetti għal kartell – Ammissibbiltà (Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 13) (ara l-punti 127‑140)

9.                     Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Kamp ta’ applikazzjoni territorjali – Akkordju bejn impriżi stabbiliti barra miż-Żona Ekonomika Ewropea iżda li huwa implementat u li jipproduċi l-effetti tiegħu fis-suq intern – Bejgħ fl-Unjoni tal-prodott suġġett għal kartell – Kompetenza tal-Kummissjoni sabiex tapplika r-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni – Ammissibbiltà fid-dawl tad-dritt internazzjonali pubbliku – Intervent ta’ sussidjarji, aġenti jew fergħat stabbiliti barra mill-Unjoni – Assenza ta’ effett (Artikolu 101 TFUE; Ftehim ŻEE, Artikolu 53) (ara l-punti 146-149)

10.                     Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Kamp ta’ applikazzjoni territorjali – Implementazzjoni tal-akkordju ġewwa l-Unjoni – Impriżi integrati b’mod vertikali li għandhom unitajiet ta’ produzzjoni li jinsabu barra miż-Żona Ekonomika Ewropea – Inkorporazzjoni tal-prodotti suġġetti għal kartell fi prodotti ffinalizzati mill-imsemmija unitajiet ta’ produzzjoni – Bejgħ tal-imsemmija prodotti finali fiż-Żona Ekonomika Ewropea mill-impriża integrata – Inklużjoni (Artikolu 101 TFUE; Ftehim ŻEE, Artikolu 53) (ara l-punt 150)

11.                     Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Iffissar tal-ammont bażiku – Iffissar tal-valur ta’ bejgħ – Metodu ta’ kalkolu ddefinit mil-linji gwida – Obbligu tal-Kummissjoni li tapplika l-linji gwida fl-osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Kummissjoni li tibbenefika minn setgħa diskrezzjonali wiesgħa rigward il-metodu ta’ kalkolu tal-multi (Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02) (ara l-punti 153-158)

12.                     Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Marġni diskrezzjonali rriżervat għall-Kummissjoni – Limiti – Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Portata – Iffissar tal-multa proporzjonalment għall-elementi ta’ evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur (Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 196, 197)

13.                     Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Obbligi tal-Kummissjoni – Osservanza ta’ terminu raġonevoli – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Ksur – Assenza (Artikolu 101 TFUE) (ara l-punti 207-212, 218)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 8839 final, tal-5 ta’ Diċembru 2012, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal‑Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.437 – Tubi katodiċi għas-settijiet tat-televiżjoni u għall-moniters tal-kompjuter), u talba għat-tnaqqis tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

LG Electronics, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.