Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Settembru 2010 - Nadine Trautwein Rolf Trautwein vs UASI (Hunter)

(Kawża T-505/08) 1

"Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Hunter - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Restrizzjoni tal-prodotti indikati fl-applikazzjoni għal trade mark"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Nadine Trautwein Rolf Trautwein GbR, Research and Development (Leopoldshöhe, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Czychowski, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta' Settembru 2008, kif mibdula fil-5 ta' Frar 2009 (Każ R 1733/2007-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Hunter bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Nadine Trautwein Rolf Trautwein GbR, Research and Development hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 44, 21.02.2008.