Language of document :

Appell ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2013 minn Luigi Marcuccio mid-digriet mogħti mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fis-17 ta’ Ottubru 2013 fil-Kawża F-127/12, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-698/13 P)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla fl-intier tiegħu u mingħajr ebda eċċezzjoni d-digriet appellat;

tirrinvija l-kawża inkwistjoni quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jikkunsidra li d-digriet appellat huwa manifestament inġust, inekwu u illeġittimu minħabba nuqqas sħiħ ta’ motivazzjoni kif ukoll minħabba l-assenza ta’ istruttorja, in-natura perentorja, tawtoloġika u arbitrarja tiegħu, żnaturament u rappreżentazzjoni ħażina tal-fatti, kif ukoll żball ta’ liġi.