Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2013 – Kinnarps vs UASI (MAKING LIFE BETTER AT WORK)

(Kawża T-697/13)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Partijiet

Rikorrenti: Kinnarps AB (Falköping, l-Isvezja) (rappreżentant: M. Wahlin, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-28 ta’ Ottubru 2013, mogħtija fil-Każ R 2272/2012-2;

tiddikjara li t-trade mark tar-rikorrenti, MAKING LIFE BETTER AT WORK, f’dak li jirrigwarda l-prodotti u s-servizzi inkwistjoni fil-kawża, għandha karattru distintiv suffiċjenti sabiex tiġi rreġistrata bħala trade mark Komunitarja;

tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż inkorsi mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “MAKING LIFE BETTER AT WORK”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 20, 35 u 42 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 887 982.

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċhud.

Raġunijiet invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja.