Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2014 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-699/13 P) 1

(“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Rikors miċħud fl-ewwel istanza bħala manifestament inammissibbli – Assenza ta’ identiċità bejn ir-rikors ippreżentat bil-faks u l-oriġinal ippreżentat sussegwentement – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Tardività – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tas-17 ta’ Ottubru 2013, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-145/12, ĠabraSP, EU:F:2013:162), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.DispożittivL-appell huwa miċħudLuigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea f’din l-istanza.L. Marcuccio huwa kkundannat jirrimborsa lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku s-somma ta’ EUR 2 000 skont l-Artikolu 90 tar-Regoli tal-Proċedura tal-imsemmi tribunal.